• The Mortal Instruments: City Of Bones

  • ***

    Direttur:        Harald Zwart

    Atturi:            Lily Collins, Jamie Campbell, Robert Sheehan, Kevin Zegers

    Ħin:                130 minuti

    Klassifika taċ-Ċensura:  12A

    Klassifika tal-Knisja: 12

    Clarissa “Clary” Fray, tfajla minn New York, wara l-għejbien għal-għarrieda ta’ ommha Jocelyn, tiskopri li hi tagħmel parti minn razza ta’ ġellieda li huma nofshom umani u nofshom anġli, imsejħin ‘Shadowhunters’, li l-għan prinċipali tagħhom fil-ħajja huwa li jgħelbu lid-demonji. Megħjuna mill-ħabib tal-qalb tagħha Simon, u minn tlett alleati ġodda oħra bħalha, Jace, Isabelle u Alec, ħu Isabelle, Clary tibda t-tfitxija għal ‘Mortal Cup’, reċipjent jixbaħ lil ‘Grail’ ta’ qawwa kbira, li ommha kien ilha ħafna snin tindukraħ bil-moħbi; hija tittama li s-sejba tal-Mortal Cup iwassalha biex tingħaqad ma’ ommha. Matul din l-avventura, kemm Simon u kemm Jace jieħdu grazzja ma’ Clary, u jidher li huwa Jace li l-aktar li għandu ċans li jikseb imħabbitha, għalkemm jidher li hemm intopp għax jista’ jkun li dawn it-tnejn fil-fatt huma aħwa.

    Film ta’ fantażija, ibbażat fuq ir-rumanz ta’ Cassandra Clare li jiġbor fih anġli, demonji, sħaħar, vampiri u werewolves. Il-film kultant huwa ftit imħawwad u jiftihem l-aktar minn min ikun qara l-ktieb. Fiħ ħafna vjolenza intensa għalkemm mhix imdemmija, l-okkult u temi maturi oħra, bħall-omosesswalita’ u l-inċest, b’mod li jista’ jħawwad lil dak li jkun, u xi kliem ħażin. Ma jgħoddx għat-tfal taħt it-12 il-sena.