Barċellona qed tħejji għaż-żjara li l-Papa se jagħmel fis-6 ta’ Novembru li ġej permezz ta’ riflessjoni fuq San Pietru, il-perit tal-Knisja li l-Papa se jkun qed jinawgura u l-eżempju tal-Familja Mqaddsa. Ktejjeb b’seba’ katekeżi dwar dawn it-tliet suġġetti tqassam diġa fi Spanja kollha.
Il-Papa dakinhar taż-żjara se jinawgura l-Knisja tas-Sagrada Familia, diżinjata mis-Serv t’Alla Antoni Gaudi. Il-Papa se jinawgura din il-Knisja f’Bażilika.
Il-koordinatur taż-żjara Papali, il-Ġiżwita Fr Enric Puig Jofra, tkellem dwar dan il-ktejjeb f’konferenza tal-aħbarijiet mogħtija fl-aħħar jiem. Il-qoxra tal-istess ktieb fiha l-poster li jirreklama l-istess żjara. Jidher il-Papa jitbissem, b’idejh miftuħa, bl-isfond ikun dehra mill-ajru ta’ Barċellona.
BARCELONA, Spain, JULY 26, 2010 (Zenit.org)