Fetħet uffiċjalment ir-reġistrazzjoni għall-50 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali tal-2012.L-organizzaturi jittamaw li l-attivita twassal għal qawmien tal-Knisja fl-Irlanda. Delegati minn madwar 70 pajjiż iltaqgħu fl-ewwel tliet ijiem ta’ dax-xahar biex jinstemgħu l-pjani għall-attivitajiet li l-Arċisqof Diarmuid Martin iddeskriva bħala “element vitali fl-aġenda ta’ riforma tal-Knisja fl-Irlanda”.
Parteċipanti fil-Kungress li se jsir bejn l-10 u s-17 ta’ Ġunju 2012 se jkunu qed jisimgħu u jaqsmu riflessjonijiet, katekeżi u jieħdu sehem ukoll fi gruppi ta’ ħidma, li se jkunu koordinati minn Isqfijiet u Teoloġi. Ġurnata ddedikata għall-għaqda ekumenika permezz tal-magħmudija se titmexxa mill-Arċisqof Anglikan Jackson ta’ Dublin.
Il-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi, il-Kardinal Peter Turkson, se jippresiedi l-jum iddedikat għar-rikonċiljazzjoni. Dik is-sessjoni se tkun indirizzata wkoll minn Richard Moore, li tilef id-dawl ta’ għajnejh fl-1972 meta suldat fl-Armata spara u laqtu. Eventwalment, Moore stabbilixxa ħbiberija miegħu. Peruni oħra li se jindirizzaw lill-parteċipanti jinkludu lill-Kardinal tal-Honduras, Oscar Rodriguez Maradiaga u l-Kardinal Andre Vingt-Trois ta’ Pariġi.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Kungress tal-2012, qalli jistenna li se jkunu madwar 25,000 li se jipparteċipaw fil-katekeżi u l-gruppi ta’ ħidma, u madwar 80,000 fil-quddiesa tal-aħħar.