Is-sejħa tal-Madonna lil Karmni Grima se titfakkar għada, l-Erbgħa 22 ta’ Ġunju 2022 fis-Santwarju Ta’ Pinu, Għawdex.
Il-quddies isir fil-5:00am, 6:00am, 7:00am u 11:00am. L-Isqof t’Għawdex Anton Teuma se jmexxi quddiesa pontifikali fid-9:00am, flimkien ma’ saċerdoti u reliġjużi Maltin. Il-quddiesa se tkun animata mill-kor Stella Maris, immexxi minn Mro Carmel P. Grech. Fl-10:10am, il-ħin eżatt tas-sejħa, tingħad is-supplika lill-Madonna. Wara ssir il-benedizzjoni Ewkaristika. Il-quddiesa tixxandar fuq Xejk TV u Radju Marija.
Fis-6:00pm issir quddiesa solenni u minn Mons. Trevor Sultana, arċipriet tal-tal-Kolleġġjata tal-Viżitazzjoni tal-Għarb, se jmexxi quddiesa solenni, flimkien mal-Kapitlu. Wara jitkanta it-tieni għasar. Janima l-Kor Parrokkjali tal-Għarb taħt id-direzzjoni ta’ Mro Antoine Mercieca.
L-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jmexxi l-quddiesa pontifikali fis-7:30pm. Jieħu sehem il-Chorus Urbanus, taħt id-direzzjoni ta’ Mro John Galea. Il-quddiesa tixxandar fuq 103 Malta’s Heart.
Iċ-ċelebrazzjonijiet ewlenin jixxandru fuq www.youtube.com/dioceseofgozo, www.facebook.com/gozodiocese, u www.facebook.com/tapinu.org.