• Il-Knisja f’Malta tifraħ filwaqt li tirringrazzja lil Alla għall-ordinazzjoni presbiterali ta’ tmien saċerdoti. L-ordinazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ – tlieta minn Ħal Qormi, wieħed mill-Kalkara, wieħed mill-Mosta, wieħed min-Naxxar, wieħed mill-Ordni tal-Minuri Konventwali, u ieħor mill‑Ordni tas-Salesjani ta’ Don Bosco – se ssir nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tibda fis-6:00 p.m. It-tmien djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Charles J. Scicluna huma:
    • Rev. Allister Marija Aquilina tal‑Ordni tal‑Minuri Konventwali,
    • Rev. Robert Falzon, Salesjan ta’ Don Bosco,
    • Rev. Sergio Fenech mill‑Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi,
    • Rev. Mark Mallia Pawley mill‑Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi,
    • Rev. Claude Mifsud mill‑Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, il‑Mosta,
    • Rev. James Saydon mill‑Parroċċa ta’ Marija Bambina, in‑Naxxar,
    • Rev. Andrew Schembri mill‑Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi, u
    • Rev. Gilbert Scicluna mill‑Parroċċa ta’ San Ġużepp, il‑Kalkara.
    Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑ordinazzjoni u biex jitlob għall‑qdusija tas‑saċerdoti, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati nhar l‑Erbgħa.
  • Segwi l-Odrinazzjoni Presbiterali fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016 fis-6.00 p.m.
  •  
  • Ritratt: Photocity, Valletta