Tmin żgħażagħ ġew aċċettati uffiċjalment bħala kandidati għas-saċerdozju waqt quddiesa mmexxija mill-Arċisqof Pawlu Cremona OP, nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Frar, 2010, fil-Bażilika ta’ Marija Bambina, l-Isla.
Dawn huma: Dillon Bugeja (Zurrieq), Robin Camilleri (Luqa), Roderick Camilleri (Zabbar), Mario Dimech (Siggiewi), Anthony Paul Fitzpatrick (Gwardamangia), Cristian Antony Muscat (San Ġiljan), George Schembri (Qormi – San Ġorġ) u Michael Zammit (Birkirkara – Sant’ Elena).
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]
Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.