-
-
Nhar is-Sibt li ġej, 31 ta’ Ottubru 2015, se ssir it-tnedija uffiċjali tal-ktieb ‘The Quest for Authenticity and Human Dignity’. L-attività tibda fl-10.00 a.m., u se ssir fis-Sala tal-Konferenzi (Refettorju l-Antik) fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana, taħt il-presidenza ta’ Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna.
Il-ktieb huwa ġabra ta’ 26 artiklu dwar temi differenti minn akkademiċi Maltin u barranin, fl-okkażjoni sabiħa ta’ għeluq is-70 sena tal-Professur Dun Ġorġ Grima, moralista magħruf u Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija sal-2007. L-edituri tal-ktieb huma l-Professur Dun Manuel Agius u l-Professur Dun Hector Scerri.
Iż-żewġ kelliema prinċipali f’din l-okkażjoni huma Dun Joe Galea Curmi, Vigarju Ġenerali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta u l-Imħallef Giovanni Bonello li sa ftit ilu serva fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.
Dakinhar tat-tnedija, il-ktieb se jkun qed jinbiegħ bi prezz speċjali ta’ €30 (minflok €35). Kulħadd huwa mistieden li jattendi.
-
-