-
-
Nhar is-Sibt 31 ta’ Ottubru 2015, saret it-tnedija uffiċjali tal-ktieb ‘The Quest for Authenticity and Human Dignity’, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Il-ktieb huwa ġabra ta’ 26 artiklu dwar temi differenti minn akkademiċi Maltin u barranin, fl-okkażjoni ta’ għeluq is-70 sena tal-Professur Dun Ġorġ Grima, moralista magħruf u Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija sal-2007. L-edituri tal-ktieb huma l-Professur Dun Manuel Agius u l-Professur Dun Hector Scerri.Matul din l-attività, l-Arċisqof Charles J. Scicluna talab lil Dun Ġorġ Grima biex jaċċetta li jkun Monsinjur Penitenzier fil-Katidral, matul il-Ġublew tal-Ħniena li jibda fit-8 ta’ Diċembru li ġej. L-Arċisqof qal li Dun Ġorġ huwa l-persuna idonea biex twassal il-ħniena t’Alla fil-Knisja Katidrali.
-
-
Ritratti: Photocity, Valletta.
www.photocitymalta.com