• Nhar il-Ġimgħa filgħaxija, 21 ta’ April 2017, saret it-tnedija tat-traduzzjoni bil-Malti tal-ktieb “L-Aħħar Taħdit”, ir-raba’ ktieb-intervista li sar mill-ġurnalist Peter Seewald mal-Papa Emeritu Benedittu XVI.
     
    Il-ktieb ġie tradott minn Joseph Debono u waqt it-tnedija nqraw tliet siltiet; il-parti tal-ġurnalista Peter Seewald inqrat minn Vince Palmier waqt li t-tweġibiet tal-Papa Emeritu Benedittu XVI ġew interpretati mill-attur Mario Micallef.
     
    Preżenti għas-serata l-Arċisqof Charles J. Scicluna li tkellem dwar l-esperjenza mill-qrib tiegħu ta’ meta ħadem diversi snin mal-Papa Emeritu.
     
    Is-serata, bl-isem ta’ “Il-Wiċċ Uman tal-Papa Benedittu XVI”, kienet organizzata minn CAK.
  • Agħfas hawn biex tara aktar ritratti tat-tnedija tal-ktieb.

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja