Il-Kċina ta’ Marta qed tieħu ħsieb li twassal ikliet lil dawk li, għal xi raġuni huma marbuta d-dar. Social workers, saċerdoti u professjonisti fis-setturi tas-saħħa u l-edukazzjoni jistgħu jirreferu persuni jew familji li ma jkollhomx mezzi biex ikollhom ikla dinjituża għaliex ikunu marbutin id-dar f’jum il-Milied billi jimlew din il-formola: loop.mt/iklamilied
Huwa importanti li dawk li jiġu referuti jkunu infurmati li se jirċievu ikla li tinkludi żewġ platti u deżerta, u li din l-ikla se titwassal fid-dar tagħhom nhar il-Milied bejn id-9:00am u 12:00pm.
Il-Kċina ta’ Marta huwa proġett ta’ LOOP Djakonija Parroċċi li jservi lill-familji u l-komunitajiet f’70 parroċċa Maltija. Voluntiera interessati li jagħtu kontribut fis-sena l-ġdida jistgħu japplikaw permezz ta’ din il-link: loop.mt/join. Barra minn hekk, iż-żgħażagħ li jixtiequ jsegwu l-programm dedikat għall-istudenti jistgħu jimlew il-formola fuq: loop.mt/snb.