-
Bi preparazzjoni għall-ordinazzjoni presbiterali ta’ għada, fejn disa’ djakni ser jiġu ordnati saċerdoti, illejla fis-6:30pm, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Wied il-Għajn ser issir Quddiesa u wara ser ikun hemm velja ta’ talb ta’ siegħa għal dawn id-disa’ djakni, żewġ djoċesani u seba’ reliġjużi.
Id-djakni huma: Fra Alan Joseph Adami tal-Ordni tal-Predikaturi, Fra Jethro Bajad, Rev. Anton D’Amato, Rev. Bernard Micallef, Rev. Kenneth Micallef, Fra Kurt Mizzi, Fra Elmar Pace, Rev. Giovann Tabone u Rev. Alex Zammit.
Iċ-ċelebrazzjoni tal-Ordinazzjoni Presbiterali ser tibda fid-9:15am fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u titmexxa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.
Kulħadd huwa mistieden jitlob għal aktar vokazzjonijiet u għall‑qdusija tas‑saċerdoti, speċjalment għal dawn is-saċerdoti l-ġodda.
-