Radju Marija Malta bil-kollaborazzjoni tal-Fondazzjoni Patri Martin Caruana OP qed jorganizza Velja tal-Kunċizzjoni, nhar it-Tlieta 7 ta’ Diċembru, 2010, fis-7.00 p.m, fil-Kattidral tal-Imdina.

Il-Velja tal-Kunċizzjoni ilha tiġi organizzata għal dawn l-aħħar sitt snin u din ir-raba’ edizzjoni se ssir fil-Kattidral tal-Imdina. L-Arċisqof Pawlu Cremona OP se jkun qed jippresiedi din il-velja li tinkludi wkoll purċissjoni aux flambeaux mat-toroq tal-Imdina. Il-Velja se tkun animata mill-Grupp Elgibor taħt id-direzzjoni ta’ Lawrence Piscopo.

Radju Marija hu stazzjon nazzjonali li jxandar 24 siegħa kuljum fuq il-frekwenzi 102.3FM u 107.8FM kif ukoll fuq il-pjattaforma diġitali. L-għan ewlieni hu li jxandar tagħlim skont il-Maġisteru tal-Knisja msejjes fuq il-Kelma ta’ Alla.