-
-
Nhar is-Sibt 29 ta’ Novembru 2014, l-Amministratur Appostoliku l-Isqof Charles J. Scicluna attenda u ndirizza seminar organizzat mis-Segretarjat għall-Katekeżi. Dan ġie organizzat f’kollaborazzjoni mal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u l-KDŻ, u tlaqqa’ fis-Sala San Ġorġ Preca, l-Istitut Kattoliku, il-Furjana.
Għal dawn l-aħħar sentejn, is-Segretarjat għall-Katekeżi kien qed jipproponi u jaħdem fuq viżjoni kateketika ġdida li jemmen li għandna bżonn fil-Knisja u fis-soċjetà llum. Parti minn din il-viżjoni hija mixja mal-adolexxenti mill-etajiet ta’ 11 sa 16-il sena.
-
-
Ritratti: Photocity, Valletta
www.photocitymalta.com