Is-sens ta’ ferħ, l-għaqda u l-entużjażmu fil-ħidma tagħhom huma tlett elementi li fi kliem Claudia Pace ħajjruha biex tikkunsidra l-ħajja reliġjuża.
Claudia hi novizza mas-Sorijiet Agostinjani Servi ta’ Ġesù u Marija, tfajla fost għaxra li bħalissa jinsabu f’wieħed mill-istadji ta’ formazzjoni li eventwalment se jwassalhom biex jipprofessaw f’dan l-istess Ordni.
Skond ċifri ppubblikata dan l-aħħar mill-Kurja tal-Arċisqof, bħalissa f’Malta hawn 64 tfajla li qed iħejju ruħhom biex jipprofessaw f’wieħed mill-Ordnijiet reliġjużi femminili meqjusa bħala attivi. Minn dawn 35 huma studenti, jiġifieri jinsabu fil-fażi pre-novizzjat. Imbagħad hemm 16-il novizza u 13-il postulanta. Ordnijiet ta’ ħajja attiva tfisser li l-Ordinijiet inkwestjoni mhumiex klawstrali. Fil-fatt, skont l-istess statistiċi hemm ukoll seba’ tfajliet li jinsabu f’wieħed mit-tlett stadji ta’ formazzjoni għal ħajja kontemplattiva, fosthom żewġ novizzi u żewġ postulanti.
AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com