Caritas Europa was instrumental in securing these placements which were made possible through special Leonardo Mobility Programme EU funds. This is run by the European Union Programme Agency (EUPA) in Malta led by Leonardo Programme Officer, Ms Josette Vella.
Għoxrin voluntier tal-Caritas Malta li jaħdmu f’Kummissjonijiet Djakonija madwar Malta għadhom kemm akkwistaw esperjenza f’sitwazzjonijiet ta’ faqar u esklużjoni soċjali fl-Italja, matul ġimgħatejn ta’ taħriġ permezz tal-Programm ta’ Mobbilità Leonardo bħala l-mistednin tal-Caritas Europa.
Matul dawn il-ġimgħatejn il-voluntiera kisbu skills ġodda li għandhom ikunu ta’ għajnuna kbira għalihom f’ħidmithom ma’ dawk anqas privileġġjati fis-soċjetà tagħna. L-esperjenza tagħhom tniżżlet f’ċertifikat ta’ Europass Mobility li ngħatalhom fi tmiem it-taħrig tagħhom. Il-voluntiera Maltin kienu l-mistiedna tal-Caritas Ambrosjana ta’ Milan, il-Caritas Firenze, il-Caritas Trieste u l-Caritas Catania.
Kien permezz tal-Caritas Europa li l-voluntiera kisbu din l-opportunità, li saret possibbli permezz ta’ fondi speċjali mill-Programm ta’ Mobbilità Leonardo tal-Unjoni Ewropea. Dan huwa mħaddem mill-Agenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea f’Malta , li huwa mmexxi minn Ms. Josette Vella.
L-inizjattiva u l-kordinament biex sar dan it-taħriġ kienu tal-Caritas Malta fi proġett immexxi mis-Sur Paul Vella Haber.