It-Tlieta 9 ta’ Ottubru 2012, fil-12:15pm, se jasal Malta minn Ruma l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Awżiljarju elett ta’ Malta. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u n-Nunzju Appostoliku, Mons. Tommaso Caputo, se jilqgħu lill-Monsinjur Scicluna fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.