Nhar it-Tlieta 25 ta’ Settembru 2012, voluntiera żgħażagħ kienu milqugħin ġewwa San Vinċenz de Paule minn Arċisqof Pawl Cremona, hekk kif waslu lura mill-missjonijiet ta’ volontarjat tagħhom. iż-żgħażagħ qasmu l-esperjenzi tagħhom mar-residenti anzjani u akkumpanjawhom għal serata fil-Pjazza ċentrali tad-Dar.
Matul ix-xhur tas-sajf, aktar minn 350 żagħżugħ u żagħżugħa ħadu sehem fi proġetti ta’ volontarjat f’Malta u fi 12-il pajjiż ieħor madwar id-dinja. Hekk kif ninsabu fis-sena Ewropea tas-Solidarjetà Interġenerazzjonali, il-voluntiera għażlu li jtellgħu iċ-ċerimonja annwali tar-ritorn tagħhom b’servizz lejn il-komunità anzjana.
L-attività ġiet organiżżata minn InYgo bil-kordinazzjoni tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.