Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.) qed torganizza attività għall-pubbliku ġenerali fejn ser jintwera l-film ‘Gates of the Lamb’, nhar il-Ġimgħa 29 ta’ April 2016 fis-7:00 p.m., fiċ-Ċentru tal-Konferenzi ta’ Dar il-Ħanin Samaritan, Santa Venera (Wara l-Iskola St. Michael).
Is-Soċjetà għal din il-lejla stiednet lil Fr. Gediminas Numgaudis OFM li huwa Reliġjuż mill-Litwanja u l-Producer ta’ dan l-istess film biex jintroduċi u jispjega din il-biċċa xogħol artistika li essenzjalment titratta s-Sagrament tal-Magħmudija.
Fi kliem id-Direttur Audrius Stonys, “dan il-film huwa dwar il-laqgħa bejn Alla u l-Bniedem. Din il-laqgħa tista’ tkun waħda fraġli li qajla tinħass. Imma jekk il-cameras, kapaċi jaqbduha, ta’ min wieħed jipprova. Għalhekk aċċettajt l-istedina ta’ Fr. Gediminas bħala sfida biex nipprova mmiss dak li mhux tanġibbli”. Dan huwa film dwar il-miraklu moħbi tal-Magħmudija u l-messa ta’ Alla li ma tistax tispjegaha.