Matul ix‑xahar ta’ April, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddiesa kuljum li, minħabba r‑restrizzjonijiet kontra t‑tixrid tal‑coronavirus, qed tixxandar kuljum fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. Il‑Quddies iċċelebrat mill‑Arċisqof qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fil‑5:30 p.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Ruzarju.
  • Il‑Ħadd fid‑9:30 a.m. mill‑Knisja ta’ San Franġisk, il‑Ħamrun.

Għall-Ġimgħa Mqaddsa li tibda nhar il-Ħadd li ġej, 5 ta’ April, Ħadd il-Palm, qed jitħabbar programm speċjali li jinkludi numru ta’ funzjonijiet reliġjużi.