Matul ix‑xahar ta’ Ġunju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll kull nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:
- Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30am mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Ruzarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30pm mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa.
- Is‑Sibt filgħaxija, fis-7pm, tixxandar Quddiesa għaż‑żgħażagħ mill‑bitħa tal‑Kurja tal‑Arċisqof. Din tixxandar fuq il‑Facebook page u l‑YouTube channel tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, u fuq radju 103.
- Il‑Ħadd fid‑9:30am tiġi ċċelebrata Quddiesa bil‑Malti fuq TVM2, u fl‑10:30am fuq Facebook u YouTube tiġi ċċelebrata Quddiesa bl‑Ingliż, mill‑Knisja Arċipretali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat. Il‑Quddiesa bl‑Ingliż tixxandar fuq TVM2 fis‑6:30pm.
F’dawn il‑ġranet il‑Quddies ser jixxandar minn dawn il‑knejjes:
Il-Ħadd 7 ta’ Ġunju, Solennità tat-Trinità Qaddisa, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa
bil-Malti fid-9:30am (fuq TVM2) u Quddiesa bl-Ingliż fl-10:30am (fuq Facebook u YouTube), mill-Grotta ta’ San Pawl, ir-Rabat. Il‑Quddiesa bl‑Ingliż tixxandar fuq TVM2
fis‑6:30pm.
Il-Ħadd 14 ta’ Ġunju, Solennità tal-Ġisem u d-Demm Għażiż tal-Mulej (Corpus Christi), Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa bil-Malti fid-9:30am (fuq TVM2) u Quddiesa
bl-Ingliż fl-10:30am (fuq Facebook u YouTube) mill-Knisja Arċipretali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat. Il‑Quddiesa bl‑Ingliż tixxandar fuq TVM2 fis‑6:30pm.
Il‑Ħadd 14 ta’ Ġunju, Solennità tal‑Ġisem u d‑Demm Għażiż tal‑Mulej (Corpus Christi), Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa bil‑Malti fid‑9:30am u Quddiesa bl‑Ingliż fl‑10:30am mill‑Knisja Arċipretali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir‑Rabat. Il‑Quddiesa bl‑Ingliż tixxandar fuq TVM2 fis‑6:30pm.
It‑Tnejn 15 ta’ Ġunju, fis‑6pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑200 anniversarju mit‑twaqqif tal‑Knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz, il‑Birgu. Il‑Quddiesa tixxandar fuq Xejk.
Il‑Ġimgħa 19 ta’ Ġunju, Solennità tal‑Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, fid‑9:30am Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Bażilika ta’ Marija Bambina, l‑Isla.
Il‑Ħamis 25 ta’ Ġunju, fil‑11:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mill‑Knisja tal‑Immakulata Kunċizzjoni, Bormla, b’tifkira tal‑Inkurunazzjoni tal‑Kwadru Titulari. Din il‑Quddiesa tixxandar fuq TVM2 fil‑5:30pm.
Is‑Sibt 27 ta’ Ġunju, fid‑9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha erba’ seminaristi jiġu ordnati djakni, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katerina, iż‑Żejtun.
Il‑Ħadd 28 ta’ Ġunju, filgħodu mill‑Knisja Arċipretali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir‑Rabat, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa bil‑Malti fid‑9:30am u Quddiesa bl‑Ingliż fl‑10:30am, u filgħaxija mill‑Katidral tal‑Imdina, jiċċelebra l‑Quddiesa tat‑tberik taż‑żjut bit‑tiġdid tal‑wegħdiet saċerdotali. Din iċ‑ċelebrazzjoni tibda fis‑6pm.
It‑Tnejn 29 ta’ Ġunju, fis‑6:30pm Solennità ta’ San Pietru u San Pawl, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal‑Ordinazzjoni Presbiterali, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, u li matulha 10 djakni jiġu ordnati saċerdoti.