Il‑Ħadd 5 ta’ April, fid‑9:30 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi ċ‑ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il‑Palm, bit‑tberik tal‑friegħi taż‑żebbuġ u l‑palm, u wara jkompli bil‑Passjoni tal‑Mulej fil‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana.

It‑Tnejn 6 ta’ April, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u wara jmexxi t‑talba tar‑Rużarju.

It‑Tlieta 7 ta’ April, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u wara jmexxi t‑talba tar‑Rużarju.

Il‑Ħamis 9 ta’ April, Ħamis ix‑Xirka, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑Uffiċċju tal‑Qari u t‑Tifħir ta’ Sbiħ il‑Jum. Fil‑5:30 p.m., l‑Arċisqof imexxi Quddiesa l‑Ikla tal‑Mulej u wara ħin ta’ Adorazzjoni quddiem l‑artal tar‑ripożizzjoni. Fit‑8:30 p.m., l‑Arċisqof imexxi mument ta’ talb u riflessjoni bit‑tema ‘Seba’ waqfiet ma’ Ġesù’.

Il‑Ġimgħa 10 ta’ April, il‑Ġimgħa l‑Kbira, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑Uffiċċju tal‑Qari u t‑Tifħir ta’ Sbiħ il‑Jum. Fit‑3:00 p.m., l‑Arċisqof imexxi l‑Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej. Fis‑6:30 p.m., l‑Arċisqof jitlob il-Via Crucis.

Is‑Sibt 11 ta’ April, Sibt il‑Għid, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑Uffiċċju tal‑Qari u t‑Tifħir ta’ Sbiħ il‑Jum. Fit‑8:30 p.m., l‑Arċisqof imexxi l‑liturġija tal‑Vġili tal‑Għid.

Il‑Ħadd 12 ta’ April, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Għid il‑Kbir tal‑Mulej.

Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi ser jixxandru fuq TVM jew TVM2, Knisja.mt u n‑newsportal Newsbook.com.mt.