Id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, il-Ġiżwita Federico Lombardi ikkummenta fuq il-vjaġġ li l-Papa Benedittu XVI għamel it-Tnejn lejn id-dar tal-Verbiti f’Nemi l-Italja. Huwa qal li dan kien ta’ opportunita għall-Papa sabiex iżur il-post fejn hu stess, bħala teologu żagħżugħ, ħadem fuq id-dokumenti tal-Konċilju Vatikan II. Kien fl-1965.
“L-atmosfera prolifika u dinamika tal-istudju, tad-dibattitu u tat-talb, ħolqot ambjentgħal-laqgħat plenarji tal-Konċilju”, spjega Lombardi. Żied li l-Kardinal Roberto Tucci riċentament tkellem dwar xogħol simili f’Ariccia fl-Italja, bis-sehem tal-Isqof żagħżugħ, dak iż-żmien, Karol Wojtyla, bi tħejjija għal Gaudium et Spes.
“Madwar 30 minn dawk li pparteċipaw fil-binja tal-Konċilju Vatikan II għadhom ħajjin, bix-xiehda tagħhom ttella’ fil-wiċċ taħlita ta’ ħsus f’dawk li bħalna, anki jekk mhux direttament involuti, jiftakru dak iż-żmien straordinarju ta’ entużjażmu u tama”, kompla Lombardi. “Hija x-xewqa tagħna li l-50 anniversarju tal-Konċilju, li qed inħejju biex infakkru f’Ottubru li ġej, iservi ta’ opportunita biex wieħed jerġa jingħaqad entużjastikament f’atmosfera li tippermettilu jitwaħħad mal-Ispirtu s-Santu, bil-għan li d-dokumenti jerġgħu jinqraw fl-ispirtu tar-riforma u b’sens ta’ tiġdid f’kontinwita mas-suġġett – il-Knisja ta’ Ġesu, hi li tiżviluppa waq li tibqa’ l-istess, hi li tħaddan il-vjaġġ tal-poplu t’Alla”.
Lombardi temm jgħid li hu għal din ir-raġuni li Joseph Ratsinger, illum Papa, jeżorta lil kulħadd b’għaqal. Hu kien xhud u espert tal-istess assemblea konċiljari.