-
-
Żewġ seminaristi, fil-ħames sena ta’ preparazzjoni ġewwa s-Seminarju tal-Arċisqof, ser jitolbu lill-Arċisqof Charles J. Scicluna biex jaċċetthom uffiċjalment bħala Kandidati għall-Ordinazzjoni Djakonali u Sacerdotali, il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2016. Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir waqt il-Quddiesa tal-Epifanija ġewwa l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fid-9:15 a.m.
Anton D’Amato, mill-Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq, u Bernard Micallef, mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien, ser jistqarru pubblikament ir-rieda tagħhom li joffru lilhom infushom lill-Knisja biex iservu bħala saċerdoti. Filwaqt li jilqagħhom b’ferħ, Mons. Arċisqof, f’isem il Knisja, ser ikun qed jitlobhom biex matul is snin li ġejjin ikomplu jħejju lilhom infushom bi preparazzjoni għall-Ordni Sagri.
Il-komunità Nisranija hi mitluba żżomm f’talbha lil dawn iż-żewġ kandidati.
Segwi ‘live’
-