Nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Frar 2012, saret ċelebrazzjoni fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq li matulha żewġ seminaristi ntlaqgħu uffiċjalment mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. bħala kandidati għas-saċerdozju. Iż-żewġ seminaristi, li bħalissa jinsabu fil-ħames sena tal-formazzjoni, huma Luke Cutajar mill-parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat, u Brian Gialanze mill-Parrocca San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]