Brian Gialanzè
Iz-żewġ seminaristi, li jinsabu fis-sitt sena tal-formazzjoni tagħhom fis-Seminarju tal-Arċisqof, huma: Luke Cutajar mill-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat u Brian Gialanzè mill-Parroċċa ta’ San Pietru fil-ktajjen, Birżebbuġa.
L-għoti tal-Ministeru tal-Akkolitat jimmarka pass ieħor importanti fil-mixja ta’ dawn iż-żgħażagħ lejn is-saċerdozju. Bħala akkoliti huma se jingħatalhom l-uffiċċju li jgħinu lis-saċerdot u lid-djakni fil-qadi tal-ministeru tagħhom waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, iqarbnu lil ħuthom Insara, fosthom ukoll lill-morda, jitħeġġu fl-imħabba personali tagħhom lejn l-Ewkaristija, u fuq kollox jgħixu b’mod li jkun jixirqilhom iservu fil-mejda tal-Mulej u tal-Knisja.
Il-Komunita’ tas-Seminarju tħeġġeġ lil kulħadd jitlob biex il-Mulej jkompli jbierek lil dawn is-seminaristi u biex iktar żgħażagħ iwieġbu għas-sejħa tal-Mulej billi jimxu warajh fil-ħajja saċerdotali u reliġjuża.