Grupp ta’ 20 żagħżugħ u żagħżugħa rappreżentanti ta’ madwar 20 pajjiż ippreżentaw document b’valuri lill-Ġnus Maqgħuda. Għamlu dan f’sessjoni preseduta mill-Arċisqof irtirat ta’ New York u Osservatur Permanenti tas-Santa Sede għall-istess Ġnus Maqgħuda.
Il-Parlament Dinji taż-Żgħażagħ, imwaqqaf fl-1991, ħoloq id-dokument, li kien preżentat jiem ilu wara tħejjija ta’ sentejn.
Il-Kardinal Edward Egan, Arċisqof irtirat ta’ New York, faħħar l-inizjattiva li sejħilha punt ta’ referenza għas-soċjeta moderna. Enfasizza li dan id-dokument jindirizza t-temi ewlenin kollha tal-umanita, partikolarment id-drittijiet għall-ħajja u l-liberta. Qal li hu document ibbażat fuq l-ispirtwalita tal-persuna.
Qabel il-preżentazzjoni uffiċjali ta’ dan id-dokument, il-Parlament taż-Żgħażagħ iltaqa’ fl-Universita ta’ San Ġwann fi New York għal jumejn diskussjoni u dibattitu fuq l-għaxar prinċipji sottolineati fid-dokument.
Iż-żgħażagħ għamluha ċara li d-dokument mhux xi “kritika soċjali” u ma jirriflettix xi interessi speċjali, imma “ifittex il-ġid komuni u soluzzjonijiet li jibbenefika minnhom kulħadd, bi predispożizzjoni lejn sagrifiċċju personali u sens ta’ ġenerożita”. Iż-żgħażagħ temmew li hu “dokument miftuħ għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ kollha għax jirrifletti l-istess aspirazzjonijiet tagħhom”.
”
NEW YORK, (Zenit.org)