Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Ġunju, 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar is-sorijiet Franġiskani Missjunarji ta’ Marija. Flimkien mal-kappillan huwa talab quddiem Ġesu fit-tabernaklu, fil-kappella tal-istess dar, filwaqt li ltaqa’ mas-sorijiet u tkellem magħhom dwar ix-xogħol siewi tagħhom. Din il-vista kienet parti miż-Żjara Pastorali li l-Arċisqof għamel f’nofs Ġunju li għadda fil-parroċċa ta’ Marija Reġina fil-Marsa.
Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]