Il-Kummissjoni Emigranti tal-Knisja f’Malta qed torganizza żjara lill-E.T. Dr George Abela, President ta’ Malta, mill-emigranti li ser ikunu Malta matul il-ġranet tas-sajf. Din iż-żjara ser issir nhar it-3 ta’ Awwissu, 2011. Kull min hu nteressat għandu jmur Dar l-Emigrant (maġenb il-ġonna tal-Barakka ta’ Fuq, il-Belt Valletta) fid-9 ta’ filgħodu fejn l-emigranti ser ikollhom iċ-ċans li jsegwu id-dokumentarju multiviżiv, Sacred Island.
Il-programm ikompli bi żjara fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann. Wara, ser tkun pprovduta karozza mill-Belt sal-Palazz ta’ Sant Anton, Ħ’Attard, fejn l-emigranti ser ikollhom l-opportunita’ li jiltaqgħu ma’ Dr. George Abela.
Għal dawk li jixtiequ li jkomplu b’ikla fil-Palazz Presidenzjali, jistgħu jagħmlu dan fil-Presidential Kitchen Garden, li ġie rinovat riċentement.