-
Żjara ta’ Korteżija lill-Arċisqof minn Sr Carmen Sammut
-
Nhar it-Tlieta, is-6 t’Awwissu 2013, l-Arċisqof laqa’ lil Sister Carmen Sammut, Superjura Ġenerali tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Missjunarji tal-Afrika, fil-Kurja. F’Mejju ta’ din is-sena, Sr Carmen Sammut ġiet eletta President tal-Għaqda Internazzjonali tas-Superjuri Ġenerali Nisa. F’din l-għaqda hemm madwar 600,000 soru madwar id-dinja kollha.
Għal madwar 30 sena, id-dar tagħha kienet it-Tuneżija, l-Alġerija u l-Mawritanja. Apparti il-ħidma pastorali tagħha mal-fqar, Sr Carmen hi wkoll għalliema tal-istudju Iżlamiċi u Għarab. Sr Carmen tifforma parti mill-Kongregazzjoni tal-Missjunarji tal-Afrika, li taħdem biex in-nisa u t-tfal Afrikani jgħixu ħajja iktar dinjituża. Bħalissa qed tgħix Ruma biex tkun tista’ tmexxi aħjar din il-kongregazzjoni, li hi magħmula minn kważi 800 soru u mifruxa f’ħafna pajjiżi tad-dinja.
-
Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]