• ****

    Diretturi: Byron Howard u Rich Moore
    Ilħna: Ginnifer Goodwin, Jason Batemen, Idris Elba, J.K. Simmons, Tommy Chong u Octavia Spencer
    Ħin tal-Film: 108 min.
    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: U
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: PG
     
    F’dinja populata minn mammiferi , Judy Hopps, fenka minn Bunnyburrow, taqta ix-xewqa  tagħha li ssir l-ewwel uffiċjal fid-Dipartiment tal-Pulizija fil-belt qrib  ta’ Zootopia. Iżda kif tasal fl-għassa biex tieħu l-ewwel assenjament,  il-Kap Bogo, baffolo Afrikan, tassenjah biex tieħu ħsieb l-ipparkjar fil-belt  dan minħabba li kellu dubbji serji kemm Judy kellha l-kapaċita’ li tieħu responsabiltajiet iktar serji minħabba d-daqs tagħha. Waqt waħda mix-xifts, Judy tiltaqa’ ma’ Nick Wilde, volpi, kon-artist. Judy titlaq minn postha biex tarresta lil Duke Weaselton, ħalliel. Talli ħalliet postha, Bogo jċanfarha u għal daqxejn ma tilfitx postha. Sandanittant, Mrs. Otterton,  lontra, inkwetata bil-kbir għaliex ir-raġel tagħha sparixxa. Kien hemm każijiet oħra li seħħu dan l-aħħar ġimgħat ġewwa Zootopia. Meta Judy tisma’ dan, toffri li tieħu l-każ f’idejha.  Bogo ma tantx ħa pjaċir iżda ċeda meta Judy qablet miegħu li jekk ma jirnexxielhiex f’erbgħa  u għoxrin siegħa, hi tkun lesta li tirriżenja mill-korp. Judy titlob l-għajnuna ta’ Wilde biex jgħina fl-investigazzjoni. Hekk kif isiru jafu n-numru tal-van li Mr. Otterman kien qiegħed isuq meta ma sparixxa,  Judy u Wilde jirnexxielhom isegwu l-vettura u jsibu li fiha kien hemm Mr. Big, kriminal magħruf. Dan  jinforma lil Judy u lil Wilde li Otterton  kien attakka b’mod feroċi lix-xufier tiegħu Manchas, jagwar iswed. Manchas minnaħa tiegħu nforma lil Judy u lil Wilde li dawk li kienu attakkaw deħru li kienu volpijiet li jinħaw. Fuq din l-informazzjoni Bogo u stakkament ta’ pulizija jiġu fuq il-post, izda  sfortunatament Manchas jisparrixxi. Bogo jitlob ir-riżenja ta’ Judy iżda Wilde jinsisti li kien għad baqa’ għaxar siegħat oħra għal dak li kien ġie miftieħem.  X’jistgħu jagħmlu Judy u Wilde biex isolvu dan il-misterju?  Wilde tiġih l-idea li jifflu l-kameras tat-traffiku biex jaraw min kien li ħataf lil Manchas? Tgħid jirnexxielhom? 
    Film animat Amerikan bi 3D, mimli azzjoni u bi storja tajba u pożittiva, produzzjoni ta’ Walt Disney Animation Studios. Fenka pulizija tissieħeb ma’ volpi u flimkien jaħdmu b’ħila kbira biex jikxfu konfoffa li kienet qegħda taħtaf mammiferi għall-għanijiet malinji tagħha. Il-film joffri tagħlima kbira għal toleranza, bżulija u ottimiżmu. Minħabba l-konflit li jinħoloq bejn l-annimali u li f’xi xeni huma vjolenti, kif ukoll xeni ta’ tortura u bullying, ikun tajjeb li t-tfal ikunu akkompanjati minn xi adult.