It-Tnejn
10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.
5.00 p.m. L-Arċisqof jżur iċ-Ċentru tad-Duttrina fil-Parroċċa ta’ Santa Luċija, bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika ta’ Santa Luċija.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kunsill Ekonomiku Parrokkjali, u Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu ta’ l-istess parroċċa.
It-Tlieta
8.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa tal-Kandlora fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ individwalment mas-saċerdoti ta’ Santa Luċija.
11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti ta’ Santa Luċija flimkien u joqgħod magħhom għall-ikel.
4.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm fuq Radju Marija.
L-Erbgħa
8.30 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fil-programm ‘Bonġu’ fuq TVM.
10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani fid-Dar tal-Kleru, B’Kara.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Fr Jeremy Davies, ezorċista mill-Arċidjoċesi ta’ Westminister.
7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi ċelebrazzjoni ta’ talb għas-saċerdoti fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, Naxxar.
Il-Ħamis
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ grupp ta’ saċerdoti waqt irtir f’Porziuncola House, Baħar iċ-Ċagħaq.
6.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi ċ-ċelebrazzjoni fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Reliġjuzi, fl-iskola St Monica, B’Kara.
Il-Ġimgħa
9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa dwar ir-rapport taż-żjarat pastorali li saru fil-Mellieħa u f’San Pawl il-Baħar.
10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Dom Michael Ahern, Abbati tal-Monasteru ta’ Cisterncensi f’Mount Melleray, l-Irlanda.
11.15 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ l-E.T. Bernd Braun, Ambaxxatur tal-Ġermanja. 4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kommunita’ ta’ Sorijiet Franġiskani ta’ Santa Luċija.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jkunu jixtiequ jkellmuh, bħala parti miż-żjara pastorali f’Santa Luċija.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja ta’ Santa Luċija.
Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arċisqof jattendi l-konferenza ‘Lejn Żwieġ b’Saħħtu’ organizzata mill-ProġettImpenn, fil-lukanda Phoenicia, Floriana.
6.30 p.m. L-Arċisqof jindirizza l-laqgħa ġenerali tal-Grupp Familji Nsara (GRUFAN) fis-Seminarju, tal-Virtu’.
Il-Ħadd