• 10 – 16 ta’ Marzu

  • It-Tnejn          
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    4.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa tal-Imqabba.
    6.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġeliżżazjoni tal-istess parroċċa.
    7.00 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokjali tal-istess parroċċa.
     
    It-Tlieta          
    9.00 a.m.         L-Arċisqof jieħu sehem f’laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    3.30 p.m.         L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq RTK.
    6.30 p.m.         L-Arċisqof jipparteċipa f’konferenza immexxija minn Patri Federico Lombardi SJ, direttur tas-Sala Stampa tas-Santa Sede, organiżżata mill-PBS, fl-Aula Magna tal-Università l-Qadima, il-Belt Valletta.
     
    L-Erbgħa
    10.00 a.m.       L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.
     
    Il-Ħamis         
     
     
    Il-Ġimgħa
    9.30 a.m.         L-Arċisqof jieħu sehem f’irtir tal-istaff tal-Kurja, it-Tribunal u Caritas, fid-dar għall-iritiri tal-Lunzjata, ir-Rabat.
    4.30 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, il-Kurja. 
    6.30 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jilqa’ l-kandidatura għad-Djakonat u l-Presbiterat ta’ tlett Seminaristi, fil-Knisja Parrokkjali tal-Mosta.

    Is-Sibt
    9.30 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan, il-Kurja.
      
    Il-Ħadd
    12.00 p.m.       L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-25 anniversarju mit-twaqqif tal-Hospice Movement f’Malta, il-Katidral tal-Imdina.
    5.30 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament fl-okkażjoni tal-ewwel anniversarju mill-għażla tal-Papa Franġisku, il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.