It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa mas-seminaristi ndividwalment u jibqa magħhom għall-ikel.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fil-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, tal-Virtu’.

8.00 p.m. L-Arċisqof jattendi programm mużikali b’tifikra tal-E.T. Mons. Isqof Joe Grech, u l-ftuħ tal-wirja tal-Ġimgħa l-Kbira, fil-kazin tal-banda S. Gabriel, Balzan.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, B’Kara.

6.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-ewwel laqgħa tal-Bord tad-Dar tal-Providenza, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

Il-Ħamis

9.30 a.m. L-Arċisqof jattendi laqgħa spiritwali għall-Membri Parlamentari, fiċ-Centru Animazzjoni u Komunikazzjoni (CAK), Birkirkara.

Il-Ġimgħa

12.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li fiha jiddedika l-kappella tad-Depot tal-Pulizija u wara jiftaħ il-wirja tal-Ġimgħa l-Kbira.

6.00 p.m. L-Arċisqof imexxi l-pellegrinaġġ penitenzjali tar-Randan bl-istatwa tad-Duluri, Valletta.

Is-Sibt

Il-Ħadd

9.15 a.m. L-Arċisqof imexxi Quddiesa Pontifikali ta’ Ħadd il-Palm, fil-Konkattidral ta’ San Ġwann.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja parrokkjali ta’ San Ġwann, fl-okkażjoni ta’ Jum iż-Żgħażagħ.