Il-Kummissjoni Djoċesana Familja din is-sena wkoll qed torganizza ezerċizzi spiritwali tar-Randan li huma ndirizzati għall-persuni separati. Dawn l-ezerċizzi bit-tema ‘Nimxi Waħdi?’ ser jitmexxew minn Mons. Anton Gouder. L-ezerċizzi jibdew għada t-Tnejn 11 ta’ April, sal-Ġimgħa 15 ta’ April, 2011, fis-7pm, fil-Knisja ta’ Sarrija, Floriana.

Matul dawn il-ħamest ijiem, Mons. Gouder ser jitkellem fost oħrajn dwar il-valur tat-tbatija, il-maħfra, u l-esperjenza t’Alla fil-ħajja tal-bniedem. Kulħadd huwa mistieden li jattendi, partikolarment dawk li huma separati u dawk li huma ‘l bogħod mill-Knisja.