It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.
6.00 p.m. L-Arċisqof jindirizza laqgħa fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-Organiżazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
It-Tlieta
10.00 a.m. L-Arċisqof jattendi ċ-ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika, il-Belt Valletta.
L-Erbgħa
9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja għal bdil tal-awguri tal-Milied, fil-Kurja.
10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.
12.00 p.m. L-Arċisqof jattendi festin tal-Milied organizzat mill-Hospive Movement.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Dr Austin Bencini biex jippreżentalu t-test ta’ oration li huwa għamel f’ċerimonja tal-gradwazzjoni.
5.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa dwar il-ministeri lajkali għaż-żgħażagħ u għall-familja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tad-Delegati tiegħu, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
Il-Ħamis
9.30 a.m. L-Arċisqof jattendi rtir flimkien mal-membri tal-Kapitlu Metropolitan.
Il-Ġimgħa
9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għat-tfal tal-iskejjel fl-okkażjoni tal-Milied, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann.
12.30 p.m. L-Arċisqof jattendi festin tal-Milied għal dawk li jaħdmu fid-Djar tal-Anżjani tal-Knisja, f’Casa Leone, San Ġiljan.
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, il-Kurja.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-għeluq tas-sena mill-Istitut ta’ Formazzjoni Agostinjana, fil-kunvent tas-Sorijiet tal-Klarissi, San Ġiljan.
Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan, il-Kurja.
5.30 p.m. L-Arċisqof iwassal l-awguri tiegħu lill-poplu Malti, flimkien ma’ mexxejja oħra tal-Pajjiż, fil-bitħa tal-Palazz, il-Belt.
Il-Ħadd
9.00 a.m. L-Arċisqof jaqsam l-awguri tal-Milied mal-pubbliku li jixtieq jattendi, fil-Kurja, il-Furjana.