It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.
4.30 p.m. L-Arċisqof iżur ‘Dar Vajrita’ f’Wied il-Għajn bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.
6.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien, Wied il-Għajn.
It-Tlieta
11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti tal-Birgu f’konsultazzjoni dwar il-ħatra ta’ Arċipriet ġdid.
4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa fi programm ‘live’ fuq Radju Marija.
5.45 p.m.L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien, Wied il-Għajn.
L-Erbgħa
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa ta’ evalwazzjoni dwar iż-żjara pastorali li għamel fil-parroċċi tal-Mosta u ta’ Ħaż-Żabbar.
11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan tal-Fgura dwar iż-Żjara Pastorali li ser issir fil-paroċċa tiegħu.
4.30 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru Kateketiku ta’ Munxar, Wied il-Għajn.
6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġika tal-Paroċċa ta’ Marsaskala.
7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu, Kunsill Ekonomiku Parrokjali tal-Parroċċa ta’ Wied il-Għajn.
Il-Ħamis
10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti ta’ Wied il-Għajn individwalment u joqgħod magħhom għall-ikel.
5.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet, Wied il-Għajn.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jkunu jixtiequ jkellmuh, bħala parti miż-żjara pastorali fil-paroċċa ta’ Wied il-Għajn .
8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika tal-istess parroċċa.
Il-Ġimgħa
9.00 a.m. L-Arċisqof jattendi seminar organizzat mit-Taqsima Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol dwar ir-rwol tat-Trade Unions, fil-Kurja.
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, fil-Kurja.
7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokjali ta’ Wied il-Għajn .
Is-Sibt
9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-kumitat tas-Soċjeta Mużikali Madonna tal-Ġilju, Mqabba, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel Ċentinarju mit-twaqqif tas-Soċjeta’.
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Rev. Dario Gervasi, Viċi Rettur tas-Seminarju Pontifiċju Ruman, flimkien ma’ grupp ta’ seminaristi, fir-residenza tiegħu, Attard.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Fgura.
Il-Ħadd
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta’ Ċivili tal-Fgura.