L'Osservatore Romano

In-numru ta’ saċerdoti kattoliċi fid-dinja żdied konsistentament fuq dak fis-ssnin imgħoddija u “l-abbundanza relattiva” ta’ saċerdoti fl-Ewropa u fl-Amerika ta’ Fuq bdiet tiddgħajjef.

Dan qalu l-Vatikan. Fisser “l-abbundanza relattiva” u qal li tirreferi għall-persentaġġ ta’ saċerdoti madwar id-dinja li jgħixu fl-Ewropa u fl-Amerika ta’ Fuq f’kuntrast mal-kattoliċi minn madwar id-dinja li jgħixu hemm. Meta antiċipat uħud miċ-ċifri li se jkunu ppubblikati fil-ktieb annwali li jippreżenta l-Vatikan fi Frar, il-gazzetta L’Osservatore Romano qalet li fl-1999, iktar minn 15% tas-saċerdoti madwar id-dinja għexu u qdew il-Ministeru tagħhom fl-Amerika Ċentrali u fl-Amerika t’Isfel. Dan filwaqt li għexu hemm 42.4% tal-kattoliċi dinjija.

Fl-aħħar tal-2009, il-persentaġġ inbidel ftit: L-Amerika Latina kellha persentaġġ ta’ 17.3% tas-saċerdoti u 42.2% tal-kattoliċi dinjija. L’Osservatore Romano ippubblikat l-artiklu tagħha fl-10 ta’ Frar bi ftit ċifri misluta mill-ktieb ta’ statistika annwali li jirrapporta ċ-ċifri marbuta mal-operat tal-Knisja madwar id-dinja. L-artiklu tal-gazzetta jiffoka fuq iż-żjieda konsistenti fl-aħħar għaxar snin fl-għadd ta’ saċerdoti kattoliċi madwar id-dinja.