-
It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Familja li fiha jiġu ppreżentati it-trabi lil San Ġużepp u jiġu ċċelebrati l-anniversarji taż-żwieġ ta’ koppji mill-parroċċa, l-Imsida.It-Tlieta
9.00 a.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’laqgħa tal-Konferenza Episkopali, Ħ’Attard.L-Erbgħa
12.00 p.m. L-Arċisqof jingħaqad mal-Komunità tal-Patrijiet Karmelitani għall-ikel, fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta.
8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti żgħażagħ biex flimkien jilqgħu s-saċedoti il-ġodda, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.Il-Ħamis
5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’mal-Missjunarji Maltin, f’Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta.Il-Ġimgħa
12.00 p.m. L-Arċisqof jattendi għall-ftuħ tal-Maratona ‘Oħloq Tbissima’, f’Dar San Ġużepp, Santa Venera.Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djocesan, il-Kurja.Il-Ħadd
10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Monasteru tas-sorijiet tal-Klarissi, San Ġiljan, fl-okkażjoni tal-professjoni solenni ta’ Sr Chiara Benedicta Cardona.