It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwali jiċċelebra Quddiesa u jiekol magħhom fis-Seminarju tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Ambaxxatur il-ġdid ta’ Franza, l-E.T. Michel Vandepoorter.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, l-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, tal-Virtu’.

L-Erbgħa

11.00 a.m. L-Arċisqof iżur ‘Nature Trust’ f’Xrobb l-Għaġin, Marsaxlokk, biex iħawwel siġra fl-okkażjoni tal-50 anniversarju ta’ Nature Trust.

Il-Ħamis

10.00 a.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’seminar għall-Viċi Kappillani, fiċ-Ċentru tat-Talb, Lunzjata l/o Rabat.

1.45 p.m. L-Arċisqof jattendi għall-preżentazzjoni tal-ktieb ‘Lift up your Hearts’ miktub mill-E.T. Douglas Kmiec, fl-Aula Magna, il-Belt Valletta.

6.00 p.m. L-Arċisqof jattendi riċeviment fin-Nunzjatura Appostolika f’Tal-Virtu’, fl-okkażjoni tas-seba’ Anniversarju mill-elezzjoni tal-Qdusija Tiegħu il-Papa Benedittu XVI.

Il-Ġimgħa

10.15 a.m. L-Arċisqof jattendi l-ftuħ uffiċjali tal-iskola primarja tas-Seminarju, ir-Rabat.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Arċipriet tal-Birgu, Dun Joe Cilia fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard, dwar iż-żjara pastorali tiegħu fil-parroċċa.

6.00 p.m.L-Arċisqof jiltaqgħa mal-Kunsill tal-Moviment ta’ Kana, fir-reżidenza tiegħu f’Ħ’Attard.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan, l-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-Birgu, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu fil-parroċċa.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Birgu bħala l-ftuħ uffiċċjali taż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa, u wara jiltaqa’ man-nies.

Il-Ħadd

9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Publiju, il-Furjana.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jinawgura l-ħidma pastorali ta’ Dun Ivan Scicluna bħala l-Arċipriet ġdid tal-Isla.