-
17 – 23 ta’ Frar
-
It-Tnejn
9.00 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
5.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-animaturi tal-evanġelizazzjoni tal-istess parroċċa.
7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokjali tal-istess parroċċa.
It-Tlieta
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-bord tas-Seminarju, tal-Virtù.
L-Erbgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, Dar tal-Kleru, Birkirkara.
Il-Ħamis
6.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa fil-ftuħ tas-Seminar organiżżat mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, Palazzo de Piro, l-Imdina.
Il-Ġimgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Dun George Spiteri, il-Kappillan tal-Imqabba, fil-Kurja, bi tħejjijja għaż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa.
Is-Sibt
9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea tal-Youth Ministry f’Malta organiżżata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, fiċ-Ċentru Dar Ħanin Samaritan, Santa Venera.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali, l-Imqabba.
Il-Ħadd
11.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-konklużjoni tal-Konferenza tar-RELaY European Christian Network, fil-lukanda Suncrest, il-Qawra.