It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru Kateketiku ta’ S. Andrija bħala parti miż-żjara pastorali fil-Parroċċa ta’ Żabbar.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ndividwalment mas-saċerdoti tal-parroċċa ta’ Żabbar.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u l-Koppji Mexxejja tal-istess parroċċa.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fil-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru Kateketiku Nazzaret tal-Parroċċa ta’ Żabbar.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fiċ-Ċentru Pastorali Nazzaret tal-istess Parroċċa u wara jiltaqa’ mal-grupp ta’ operaturi pastorali ta’ din iż-żona.

L-Erbgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof iżur is-Sorijiet ta’ S. Ursola fil-monasteru taghhom il-Belt, Valletta.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-elezzjoni tal-Prijura tal-Monasteru ta’ Santa Ursola, Valletta.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippareteċipa f’laqgħa ta’ talb ekumeniku fil-Knisja Parrokkjali tal-Floriana.

Il-Ħamis

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola Primarja A ta’ Żabbar.

4.30 p.m. L-Arcisqof imexxi laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali tal-Parroċċa ta’ San Girgor tas-Sliema dwar il-ħatra ta’ kappillan ġdid.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tas-75 anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa ta’ San Bastjan, Ħal Qormi.

Il-Ġimgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof imexxi laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-kleru tal-Parrocca ta’ San Girgor tas-Sliema dwar il-ħatra ta’ kappillan ġdid.

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan tal-Imġarr dwar iż-Żjara Pastorali li għamel fil-parroċċa tiegħu.

11.30 a.m. L-Arisqof jiltaqa’ mal-Kappillan tal-Għargħur  dwar iż-Żjara Pastorali li għamel fil-parroċċa tiegħu.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, fil-Kurja.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Żgħażagħ u Adoloxxenti tal-parroċċa ta’ Żabbar.

8.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Żgħażagħ tal-parroċċa ta’ Żabbar.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Arċidjocesi.

11.30 a.m. L-Arċisqof jilqa’ Ministri Reliġjuzi ta’ denominazzjoni oħra fl-okkażjoni tal-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda tal-Knejjes, fil-Kurja.

5.45 p.m. L-Arċisqof imexxi t-translazzjoni u jiċċelebra Quddiesa fil-Katidral tal-iMdina, fl-okkażjoni tal-festa tal-konverzjoni ta’ San Pawl.

Il-Ħadd

9.30 a.m. L-Arċisqof imexxi Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tal-konverzjoni ta’ San Pawl, fil-Katidral tal-iMdina.