Il-Kappillani tal-Parroċċi f’Malta, flimkien ma’ l-Arċisqof u xi delegati tiegħu, ħadu sehem fi tlett ijiem ‘Live-in’ fis-Seminarju, bejn l-10 u t-13 ta’ Jannar, 2011.  It-tema ta’ din is-sena kienet it-talba li għamel Ġesu’ għad-dixxipli tiegħu, ‘Ħa jkunu ħaġa waħda’, u għalhekk huma ddiskutew l-għaqda tagħhom ma Alla, mal-Knisja, bejniethom u mal-lajċi.  Iżda apparti diskussjonijiet, taħditiet u qsim ta’ esperjenzi fuq is-suġġett magħżul, huma kellhom ukoll l-opportunita’ li jitolbu, jgħixu flimkien kif ukoll jinqatgħu ftit mir-rutina tal-ħajja tal-Parroċċa.  Nhar l-Erbgħa, il-Kappillani stiednu lill-ġurnalisti sabiex jieklu magħhom, u biex f’atmosfera informali jsiru jafuhom u jifhmu aħjar ir-rwol tagħhom fil-Parroċċi. Il-Kappillani ħassew li din kienet esperjenza tajba ħafna li ser tgħinhom fil-ħidma pastorali tagħhom fil-Parroċċi u biex ikunu iktar ta’ servizz għall-Poplu ta’ Alla avdat lilhom.

Photos by: Jason Borg – Times of Malta, Martin Agius – Media.Link