• 182 persuna jiggradwaw mill-Istitut Ta’ Formazzjoni Pastorali

  • Nhar it-Tlieta 12 ta’ Novembru 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa iċ-ċerimonja annwali ta’ gradwazzjoni tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali fis-Seminaru, tal-Virtu. Matul din iċ-ċerimonja iggradwaw 182 persuna li matul l-aħħar sena akkademika temmew b’suċċess wieħed mill-11-il kors differenti li offra l-Istitut. Iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni bdiet b’Quddiesa ta’ ringrazzjament, u wara saret il-presentazzjonijiet taċ-ċertifikati.

    L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali twaqqaf uffiċjalment fl-2007 biex iwieġeb għas-sejħa li ħarġet mis-Sinodu Djoċesan li joffri formazzjoni lill-Insara għall-ħtiġijiet reali tas-soċjetà u joffri fomrazzjoni lil dawk il-persuni li iħossu l-bżonn li jimpenjaw ruħħom b’mod attiv fil-fidi tagħhom. Fis-sena akkademika preżenti, l-Istitut u diversi entitajiet formattivi oħra fil-Knisja qed joffru ħmistax-il kors differenti li uħud minnhom jibdew fil-gimgħat li ġejjin. L-informazzjoni tista’ titniżżel mill-website: www.maltapfi.org

  • Ritratti: Photocity
    ​www.photocitymalta.com