It-Tnejn
9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.
12.30 p.m. L-Arċisqof jindirizza Konferenza Stampa dwar iż-Żjara tal-Papa, f’Malta.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-Seminaristi, jiċċelebra Quddiesa u jibqa’ magħhom għall-ikel, fis-Seminarju, tal-Virtu.
It-Tlieta
8.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal- E.T. Ulla Gudmundson, Ambaxxatur ta’ l-Isvezja fil-Kurja.
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi il-Konferenza Episkopali.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-Superjur Ġenerali tas-Soċjeta’ tal-MUSEUM, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
L-Erbgħa
8.30 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola primarja ta’ San Franġisk, Birkirkara.
4.30 p.m. L-Arċisqof jmexxi l-elezzjoni Prijua tas-sorijiet Tereżjani, Birkirkara.
Il-Ħamis
6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi ċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Premijiet lill-istudenti li jattendu l-iskola Sekondarja tas-Seminarju.
Il-Ġimgħa
9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Opera Pia dei Tabernacoli fil-Kurja.
3.00 p.m. L-Arċisqof jmexxi l-Pellegrinaġġ għas-Santwarju Marjan Ta’ Pinu.
Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tad-Delegati fil-Kurja.
1.00 p.m. L-Arċisqof iżur l-attivita’ organizzata minn Puttinu Cares fil-Marsa Sport Ground.
6.00 p.m. L-Arċisqof imexxi it-Translazzjoni Solenni bir-Relikwa ta’ San Pubbliju flimkien mal-Vespri Solenni u jiċċelebra Quddiesa, fil-Furjana.
Il-Ħadd
10.30am L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni fid-Dar San Ġużepp, Sta Venera fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp u f’għeluq il-100 sena mit-twaqqif tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl u jamministra l-Griżma lir-residenti.