(San Ġorġ)

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jilqa’ lill-membri tal-kor ta’ DOMCHOR ta’ Paderborn, mill-Ġermanja.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi b’mod individwali.

7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi kunċert mill-kor ta’ Paderborn, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Konferenza Episkopali.

4.30 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-ċentru tal-katekezi tal-parroċċa tal-Mellieħa bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-lokalita.

5.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tas-Subien.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-katekisti tal-Mellieħa.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u l-koppji mexxejja, fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ l-istess lokalita.

L-Erbgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola primarja tal-Mellieħa.

4.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm fuq Radju Marija.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ Sant Ursula, għand is-Sorijiet tal-Klawsura, fil-Belt.

Il-Ħamis

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti ndividwalment, bħala parti miż-żjara pastorali fil-Mellieħa.

12.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti flimkien u joqgħod magħhom għall-ikel.

4.30 p.m. L-Arċisqof jilqa’ lill-Ġeneral tal-Ġizwiti, Padre Adolfo Nicholas, għal żjara ta’ kortesija.

Il-Ġimgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola primarja ta’ Ħal Qormi (San Ġorġ).

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, fil-Kurja.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tas-sittin sena tar-Reġina et Mater, fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, B’Kara.

Is-Sibt

09.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan ta’ San Pawl il-Baħar dwar iż-żjara pastorali li se ssir fil-parroċċa tiegħu.

12.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fiċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premijiet tal-Middle Sea Race, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-żjara pastorali fil-Parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar.

8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tal-Patrijiet Franġiskani ta’ San Pawl il-Baħar, u joqgħod magħhom għall-ikel.

Il-Ħadd

10.15 a.m.  L-Arċisqof jattendi għal Konferenza Nazzjonali tal-Moviment Karizmatriku u jiċċelebra Quddiesa, fl-iskola Sant’ Agata, r-Rabat.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr ‘l Alla fl-okkażjoni tal-Kanonizazzjoni ta’ Jean Jugan, Fundatriċi tas-Sorijiet Little Sisters of the Poor, fil-Konkattidral ta’ San Ġwann.