It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jattendi l-ftuħ tas-Sena Pastorali tal-Moviment ta’ Kana u jindirizza l-Assemblea Ġenerali, fiċ-centru Pastorali Ħ’Attard.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jindirizza għalliema ġodda fl-iskejjel tal-Knisja li qegħdin jagħmlu Induction Course, fil-Kurja.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, l-Kurja.

4.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ grupp ta’ Kappillani biex jiddiskuti proġett ta’ evanġeliżazzjoni ġdida fil-parroċċa tagħhom.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tad-Delegati tiegħu, fir-residenza ta’ Ħ’Attard.

L-Erbgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-Indipendenza, il-KonKatidral, il-Belt Valletta.

Il-Ħamis

8.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ saċerdoti ndividwali u wara jiekol magħhom, f’Tal-Virtu’, Rabat.

6.30 .pm. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jbierek it-tielet sular tal-iskola St.Michael, Sta Venera.

Il-Ġimgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali u l-membri tal-Kunsill Superjuri Reliġjużi Maġġuri, fil-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, il-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Assemblea Djoċesana, fiċ-ċentru CAK, B’Kara.

Is-Sibt

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi t-tieni sessjoni tal-Assemblea Djoċesana, fiċ-ċentru CAK, B’Kara.

6.00 p.m.  L-Arċisqof jibda ż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa tar-Rabat billi jiċċelebra Quddiesa u wara jiltaqa’ man-nies tar-Rabat.

Il-Ħadd

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa n-Nigret, u wara jiltaqa’ man-nies taż-żona.

11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ membri tas-Soċjetajiet Ċivili, r-Rabat.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, fl-okkażjoni tal-beatifikazzjoni ta’ Suor Enrichetta Alfieri, Soru tal-Karita.