It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.
5.30 p.m.L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija ta’ Tal-Ibraġ, bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-soċjeta’ ċivili ta’ Tal-Ibraġ.
7.30 pm. L-Arċisqof jippresiedi l-assemblea parrokkjali ta’ Tal-Ibraġ.
It-Tlieta
9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kurja għat-tfal tal-Iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ li jmorru Quddies kuljum fil-parroċċa.
4.00 pm. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘Live’ fuq Radju Marija.
6.30 p.m. L-Arċisqof imexxi pellegrinaġġ tar-Redentur mill-Kappella tal-MUSEUM fi Blata l-Bajda sal-Knisja ta’ San Gajtenu, l-Hamrun, u wara jiċċelebra Quddiesa.
L-Erbgħa
9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Assoċċjazzjoni Nazzjonali tal-‘Fostering’, il-Kurja.
11.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Kappillani, fil-Kurja.
8.00 p.m. L-Arċisqof imexxi il-Via Sagra Nazzjonali li tibda’ mill-Marsa li hija organizzata minn Radju RTK flimkien mas-Segretarjat Pastorali tal-Arċidjoċesi.
Il-Ħamis
9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-konsagrazzjoni taż-żjut fil-KonKatidral ta’ San Ġwann.
6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi ċ-Ċelebrazzjoni tat-twaqqif tal-Ewkaristija fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.
Il-Ġimgħa
12.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq TVM.
3.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-funzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fil-KonKatidral ta’ San Gwann.
Is-Sibt
9.00 a.m. L-Arcisqof iżur qassisin anzjani fid-djar tagħhom u jagħtihom l-awguri tal-Għid.
8.00 p.m. L-Arċisqof immexxi l-funzjoni ta’ Sibt il-Għid, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann.
Il-Ħadd
9.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tal-Għid il-Kbir.
6.00 p.m. L-Arċisqof jattendi festin organizzat għas-saċerdoti fl-okkażjoni tal-Għid il-Kbir, fid-Dar tal-Kleru, Fleur-de-Lys.