It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Knisja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Mrs Audrey Borġ u l-familja tagħha li ser jagħmlu xogħol ta’ missjoni fil-Guam, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kumitat Organizattiv taċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena mill-ftuħ mill-ġdid tal-Knisja ta’ San Duminku, Birgu.
5.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill tal-Union tal-Ħaddiema tal-Banek, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

It-Tlieta

4.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm fuq Radju Marija.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem, flimkien mal-kappillani, fiċ-ċelebrazzjoni fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġwann Marija Vianney, Qaddis protettur tal-Kappillani, fiċ-Ċentru Pastorali tal-Imtarfa.
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa flimkien tal-Kunsill Raprezentattiv Djoċesan u tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, fil-Kurja.

Il-Ħamis

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-elezzjoni tal-Madre Badessa tas-Sorijiet Klarissi, fil-monasteru tagħhom, f’ San Ġiljan.

Il-Ġimgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof iżur l-Iskola Sajf organizzata mis-Sorijiet ta’ Madre Tereża, fl-Iskola Marija Assunta, Ħamrun.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Fr Christopher Galdes OFM Konv, Kappillan tal-Parroċċa tal-Qawra dwar iż-Żjara Pastorali li saret fil-Parroċċa.

Is-Sibt

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Ħerba, Birkirkara, fl-okkażjoni tal-ewwel ċentinarju mill-bini tal-Knisja.

Il-Ħadd