• 2 Guns

  • Direttur:          Baltasar Kormakur

    Atturi:              Denzel Washington, Mark Wahlberg, Paula Patton, Bill Paxton, Fred Ward, James Marsden u Edward James Olmos

    Ħin tal-film:    109 min.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       18

    Robert Trench u Michael Stigman, it-tnejn li huma kriminali, jiġu arrestati mid-Dwana Amerikana  wara li t-tnejn kellhom laqgħa mal-baruni tad-droga Papi Greco ġewwa Messico. Stigman ma kienx jaf li Trench kien agent bil-moħbi  u li ken jirraporta lis-superjur tiegħu Jessup fosthom  li ma kienx irnexxielu jakkwista kokaina minn għand Greco biex b’hekk ikun jista’ jixlih. Kontra l-ordni ta’ Jessup, Trench jippreferi li jibqa’ jaħdem ta’ aġent bil-moħbi u fl-istess waqt jassisti lil Stigman biex jisrqu $3 miljun minn ghand Greco biex b’hekk ikuni jistgħu jixluh bil-ħasil ta’ flus. Trench jiltaqa’ mal-maħbuba tiegħu Deb Rees li kienet involuta wkoll ma’ raġel ieħor. Sadanittant  Stigman li kien Uffiċjal fl-Intelliġenza Navali bil-moħbi jiltaqa’ mas-superjur tiegħu Harold Quince, l-uffiċjal kmandant li jordna lil Stigman biex joqtol lil Trench biex b’hekk ikunu jistgħu jużaw il-flus tas-serqa biex jipprovdu flus għal xi operazzjoni sigrieta. Meta Trench u Stigman jwettqu s-serqa mill-Bank u  it-$3 miljun li ]asbu li kienu sejrin isibu fil-kamra tas-sigurta`,  b’sorprisa kbira jsibu s-somma kbira ta’ $43 miljun. Wara din is-serqa, Stigman jimxi skond l-ordnijiet li kellu li jittradiċċi lil Trench u wara jaħrab  bil-flus. Stigman jissuspetta  li Trench kien pulizija u għalhekk meta spara minflok spara biex joqtlu, spara biex feriħ. Quince meta jsir jaf x’għamel Stigman,  jagħmel attentat biex joqtlu iżda Stigman jaħrab  wara li jsir jaf li l-flus kienu sejrin jiġu trasferiti lejn il-bażi navali ta’ Corpus Christi. Sadanittant Earl jinteroga lill-manager tal-Bank fuq is-serqa li Trench u  Stigman kienu wettqu u serqu minn għandu? X’jiġri minn hawn? Il-qagħda tikkomplika ruħha hekk kif Earl irid il-flus lura u wara li joqtol lil Jessup,  jiffremja lil Trench li kien qatlu hu!  Kif sejrin Stigman u Trench joħorgu minn din il-qagħda mwegħra u perikoluza?      

    Film   interessanti,  bi storja tajba u mimlija tensjoni. Minħabba l-vjolenza ħarxa, kliem ħazin u goff, drogi u qtil,  ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tmintax –il sena.