It-Tnejn
1.30 p.m. L-Arċisqof jasal lura Malta minn Ruma.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tas-Sorijiet tal-Klarissi ta’ San Ġiljan, bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u Koppji Mexxejja ta’ San Ġiljan.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u mal-Kunsill Parrokkjali Ekonomiku ta’ San Ġiljan.
It-Tlieta
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, l-Kurja.
4.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ individwalment mal-qassissin tal-parroċċa, fl-Uffiċċju Parrokkjali ta’ San Ġiljan.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ individwalment ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh fuq il-parroċċa, fl-Uffiċċju Parrokkjali ta’ San Ġiljan.
7.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-qassissin ta’ San Ġiljan u wara jiekol magħhom.
L-Erbgħa
8.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Kokatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni tal-Erbgħa tal-Irmied.
4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq Radju Marija.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni tat-Tfal ta’ San Ġiljan.
8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Adolexxenti u Żgħażagħ ta’ San Ġiljan.
Il-Ħamis
9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-Iskola Primarja ta’ San Ġiljan.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għad-dilettanti tal-organiżaturi tal-festi, fil-parroċċa tat-Trinita Qaddisa, il-Marsa.
Il-Ġimgħa
9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kleru ta’ Ħal-Luqa fir-reżidenza tiegħu, għall-konsultazzjoni dwar il-ħatra ta’ Kappillan ġdid.
10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-istaff tas-Seminarju Maġġuri u jiekol magħhom, il-kunvent ta’ San Ġużepp, Rabat.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fejn jilqa’ t-talba għall-kandidatura ta’ żewġ seminaristi fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq.
Is-Sibt
10.15 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mad-Delegazzjoni tal-Għaqda Mużukali Marija Annunzjata Tarxien, fl-okkażjoni tal-150 sena anniversarju tagħhom, il-kurja.
7.00 p.m. L-Arċisqof iqaddes fil-Knisja ta’ Santa Rita, San Ġiljan u wara jiltaqa’ man-nies.
Il-Ħadd
________ L-Arċisqof jattendi ċeremonja fl-iScot Church, il-Belt Valletta.
3.30 p.m.L-Arċisqof jipparteċipa fil-festa ta’ Ħadd-in-Nies u wara jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żabbar.